Tania Vassallo
L-uzanzi Maltin ivarjaw minn dawk ta llum l-aktar fit-thejjijiet ghat-tieg sa minn namur. Ghalkemm it-tfajla kienet meqjusa bhala l-isbah holqien u l-aktar li r-ragel ried jipprotegi, fl-gherusija la t-tfajla u anqas il-guvni ma kienu jaraw lil xulxin specjalment it-tfajla qabel il-jum tat-tieg.
Il-missier kien juri li ghandu xebba ghaz-zwieg billi jpoggi xitla tal-habaq fuq il-harriega tal-lemin ta hdejn tieqa ta' fuq u zitla tal-qronfol fuq in-naha tax-xellug. Ix-xebba kienet tohrog barra b'wiccha nofsu mghotti bil-mustaxija u ghaldaqstant il-guvni bilkemm jaralha wiccha. Il-guvni jinduna biha meta xi darba, it-tfajla tohrog minn darha ghall-qadi ta dmirijietha.
Ix-xebbiet kienu johorgu bil-mustaxija --- bicca drapp imdawra mal-wicc li jidher nofsu biss. Minn taht ix-xebba thares lejn il-guvni. Imbaghad il-guvni jitfa qronfla fuq widintu u mantell ahmar fuq spalltu.
Fil-ghaxija taht dawl ta qamar johrog u jmur hdejn darha. Flimkien ma siehbu jmorru taht it-tieqa tal-qronfla u jghannulha noti helwin u romantici. L-ghanja tibqa sejra sakemm il-guvni jkun konvint li l-hanina semghatu.
Imbaghad jidhol ix-xoghol tal-huttab. Il-guvni jmur ghandu u jkellmu dwar ix-xebba li missierha hareg xitla tal-qronfol ghaliha u jitolbu biex ikellem lil missierha. Il-huttab, jew il-huttaba, kien imur fid-dar tax-xebba u jitlob lill-missier biex jitkellmu. Jekk il-huttab igibha zewg, kien imur lura ghand il-guvni u jkellmu dwar meta ghandu jkun it-tlaqqiegh taghhom.
It-tlaqqiegh kien bejn il-genituri tax-xebba u l-gharus u l-familja tieghu. Jekk l-gharus u l-familjari ta l-gharusa jiftiehmu, it-tfajla kienet tibghat maktur abjad tal-harir, sinjal tas-safa u ta' l-imhabba li mistennija taghtih fiz-zwieg.
Lejliet it-tieg, omm u missier l-gharusa kienu jaghmlu kuntratt ma l-gharus fejn l-gharus iwieghed li l' quddiem jiehu lill-gharusa ghat-tliet festi importanti ta' l-Imnarja, San Girgor u San Gwann. Fil-festa ta San Gwann, fi zmien il-Kavallieri ta San Gwann, kienu jsiri t-tigrijiet ta' l-annimali tul it-triq lejn il-Barrakka ta Fuq. F'dan il-jum kulhadd jiekol u jixxala. Fl-Imnarja kienu jaghmlu l-istess festeggjamenti bid-differenza li l-festa kienet issir hdejn il-Kastell Verdala fil-gonna tal-Buskett. Waqt dawn l-okkazjonijiet, il-mara dejjem tilbes il-libsa tat-tieg.
Ghad-dota, missier il-mara jaghti ghamara tas-sodda, hwejjeg biex tilbes il-mara wara z-zwieg, xi bicca raba' w deheb. Il-familji sinjuri w nobbli setghu jaghtu dan kollu izda mhux kull gharusa kienet tinghatalha daqshekk dota. Il-fqar kienu jillimitaw rwiehhom ghall-hwejjeg u forsi l-ghamara. Fis-seklu dsatax, il-Gvernatur Maitland kien ordna li t-tfajliet ta l-istituti jinghataw somma ta' flus bhala dota biex ikunu jistghu jizzewgu.
Hekk kif jiffissaw id-dota tat-tieg, li hafna drabi kien l-ghada li jmorru ghand in-nutar ghall-kuntratt taz-zwieg, il-familja tibda l-preparamenti ghalih.
Mill-ghada stess tal-kitba tithejja l-ikla tat-tieg. Il-haddara jienu jiehdu maghhom tigiega msajra biex jikluha fil-festa.
Dak in-nhar tat-tieg, il-haddara jmorru ghand l-gharusa u minghandha jitilqu lejn il-knisja bil-mixi.Minflok karozza jinkera baldakkin u jkun mizmum mill-haddara. Fil-purcissjoni jiehdu sehem id-daqqaqa u ragel igorr cestin bil-helu biex iqassam lin-nies u lit-tfal.
Meta jmorru l-knisja, tkun l-ewwel u l-ahhar darba li l-gharusa tidhol xuxa.
Jigi l-qassis jilqaghhom u jiccelebraw is-sagrament taz-zwieg.
Imbaghad l-gharajjes imorru lura flimkien that il-baldakkin.
L-ikla tat-tieg kellha hafna drawwiet maghha. Fuq il-mejda tat-tieg jingabru tal-familja taz-zewg nahat ma' l-gharus. Hdejn l-gharus jitqieghed siggu vojt ghall-gharusa. L-ewwel jieklu t-tigieg li jgibu, imbaghad jghaddu ghall-helu u l-frott.
Hawnhekk, omm u missier l-gharusa jmorru jgibuha mill-kamra fejn tkun qieghda. Il-festa tkompli bid-daqq u z-zfin ta nieshom u l-gharajjes.
-----
(Source: ADAPTED from L-AHBAR - Lulju 1998; Il-Gurnal Ghall-Maltin tal-Kanada. 2336 Bloor St., W. Box 84554, Toronto, Ontario, Canada, M6S 4Z7. Phone: 416 766-1443; Fax: 416 766-5902; E-mail: gmallia@idirect.com. Permission to reproduce sought in writing.)
Let others know about this page! Share it:
» About Us
» Contact Us
» Advertise with Us
» SiteMap
» Privacy Policy